Joseph Buttiġieġ – Raħeb

Raħeb
Joseph Buttiġieġ

Hawn ġew
ħadd ma jirfes –
la dimonji
la skorpjuni
lanqas nisa
xofftejhom qroll.

Sa l-brimb jitmeżmeż
bizzilel jinseġ
f’dan l-għar mutrab.

Imm’int
għad titfaċċa xi darba
ħa nerġgħu nitqallbu ggranfati
u nċajpru dil-ħemda
bit-trabijiet.

Taf forsi tegħlibni
did-darba.

Miktuba fl-2017.
© Joseph Buttiġieġ. Kull jedd miżmum.


Buttigieg Joseph Qari Mahzen 01 9126 Web
Joseph Buttigieg. Waqt il-qari għal Maħżen Poeżija. Jannar 2019.

Share this Post