Joseph Buttiġieġ – Kalċi

Kalċi
Joseph Buttiġieġ

Jittarrax ilsienek b’dat-tosku
u ma treġihx
biex issensel fi kliem
l-irvell tal-menti.

Mhix l-għuda skaldata li ttemmek.

Ittemmek it-tempesta
li b’qilla tvenven
taħt wiċċek sielem.

Miktuba fl-2018.
© Joseph Buttiġieġ. Kull jedd miżmum.


Buttigieg Joseph Qari Mahzen 01 9126 Web
Joseph Buttigieg. Waqt il-qari għal Maħżen Poeżija. Jannar 2019.

Share this Post