Joseph Buttiġieġ – Għatx

Għatx
Joseph Buttiġieġ

Lanqas il-kaktus ma jvinċi.
Ma jsibx tira x’jerda’
għal zkuku mlaħħma.

Iddoqq f’sema-bjuda,
ix-xemx tbaskat l-art
sa tislet il-fwar
mill-ġrieħi
u kollox jiżżeffen fi żlieġa.

F’delirju ta’ għatx,
dat-trab
jistħajlu jistagħdar bix-xita.

Miktuba fl-2018.
© Joseph Buttiġieġ. Kull jedd miżmum.


Buttigieg Joseph Qari Mahzen 01 9126 Web
Joseph Buttigieg. Waqt il-qari għal Maħżen Poeżija. Jannar 2019.

Share this Post