Joseph Buttiġieġ – Għanqbut

Għanqbut
Joseph Buttiġieġ

F’għanqbut ta’ silenzju
ikeffnek id-dlam f’dawn l-għerien

u nifsek jonqoslok
u dahrek u sidrek
jingħasru flimkien.

Tistenna
li s-saqaf jisfronda
u jidħol id-dawl
minn xi mkien.

Miktuba fl-2008.
© Joseph Buttiġieġ. Kull jedd miżmum.


Buttigieg Joseph Qari Mahzen 01 9126 Web
Joseph Buttigieg. Waqt il-qari għal Maħżen Poeżija. Jannar 2019.

Share this Post