Achille Mizzi – Intervista dwar Kafè

Achille Mizzi jitkellem dwar l-arti u t-teknika tal-poeżija, b’riferenza partikolari għall-poeżija Kafè. Intervista mill-film Kafè (2018) ta’ Clare Azzopardi u Kenneth Scicluna.

Kafè
Achille Mizzi

Dur, dur …
inkaljatur,
kejla kafè karwatli
ħa nitħnu fil-mitħna.
Mill-imsieħen imsoffi
ikkargat il-kafè
sa ma jiled
id-duwa tas-seħer.
U nibqa’ nishar
tul dawn l-iljieli,
mill-firmament nidistilla
l-eliżir
tal-poeżija.

© Achille Mizzi. Kull jedd miżmum.


Share this Post